Qattiel jagħmel rikors kostituzzjonali

Brian Vella li ngħata sentenza ta’ għomor ħabs wara li nstab ħati li qatel żewġ persuni, fetaħ rikors kostituzzjonali u qal li s-sistema legali attwali tmur kontra d-drittijiet fundamentali umani.

Fl-2007, Vella nstab ħati li qatel lill-Josephine u Gerald Grima.

Huwa qed jinsisti li s-sistema legali ma tikkunsidraw ir-rimors tal-priġunieri u l-ħeġġa tagħhom favur ir-riforma. Dan, skont Vella, imur kontra l-kunċett ta’ ġustizzja riparattiva.