Qattiel għax irid nara li ċ-ċittadini jimxu ‘l quddiem? – Schembri

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li hu ġie mgħajjar qattiel għaliex irid jara l-pajjiż jkun aħjar biex iċ-ċittadini jimxu ‘il quddiem.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, Schembri qal li hu safa’ msawwat bl-injam waqt li l-karozza tiegħu spiċċat bid-daqqiet.

Huwa stqarr li għaraf lin-nies li kienu qed jipprotestaw u qal li l-maġġoranza tagħhom huma attivisti tal-Partit Nazzjonalista li kulma jridu hu li waqgħu l-Gvern u mhux interessati li jissolva l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-uniku alternattiva għan-nies jibqa’ l-PL immexxi minn Muscat – Zammit Lewis

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis qal li l-uniku alternattiva li għandhom in-nies jibqa’ l-Partit Laburista, immexxi minn Joseph Muscat.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament waqt id-dibattitu fuq l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-eko-kontribuzzjoni, Zammit Lewis qal li l-Partit Laburista jibqa’ bl-aħjar nies. “Żbalji għamilna…ma ġara xejn, nagħmlu t-tibdil li għamilna l-bieraħ u nimxu ‘il quddiem,” qal il-Ministru.

Huwa qal li tliet kwarti tan-nies li ħarġu jipprotestaw, gawdew mill-ġid li ħoloq l-gvern.