Qatta’ kważi 30 sena l-ħabs għalxejn

Raġel mill-Alabama nħeles wara li għamel kważi 30 sena jistenna l-piena kapitali, akkużat li qatel żewġ maniġers ta’ ristorant f’Birmingham fl-Istati Uniti.
Il-każ seħħ fl-1985 meta Anthony Ray Hinton kien akkużat tal-qtil doppju minħabba li kellu arma tan-nar li kienet taqbel mat-tiri li nstabu fuq il-post fejn seħħ id-delitt.
Dak iż-żmien kien instab ħati minħabba li ma kienx jaffordja avukat tajjeb.
Is-sena l-oħra Hinton reġa’ deher fil-qorti, bl-evidenza turi li l-arma tan-nar ma kinitx l-istess bħal dik li ntużat fid-delitti.
Malli ħareġ mill-qorti, Hinton għannaq lill-familja tiegħu u rringrazzja lil Ġesù.