“Qatt tiżżerżaq b’tarbija fuqek”

Omm tifla ta’ sena li kisret sieqha huma u neżlin flimkien minn fuq żurżieqa, qed twissi ġenituri oħra biex qatt ma jiżżerżqu b’tarbija fuqhom.

Heather Clare minn New York ippublikat ir-ritratt fuq Facebook, li juri sieq it-tarbija tintlewa lura hekk kif inqabdet bejn sieqha u ż-żurżieqa. Dan kien il-mument eżatt qabel inkisret sieqha.

Kitbet li ħafna tfal iweġġgħu b’dan il-mod u li l-ġenituri għandhom joqogħdu attenti.
L-omm tispjega kif malli marret l-emerġenza it-tabib li kkura t-tifla spjegalha kemm kien komuni li t-tfal iweġġgħu b’dan il-mod. Tgħid li ma hemmx mod sigur kif tiżżerżaq b’tarbija fuqek.

Qalet li hi kienet bdiet tiżżerżaq bit-tifla fuq kuxtejha imma wara ftit din żelqet għall-ġenb u sieqha inqabdet maż-żurżieqa.