Qatt smajt b’Talenti+?

MGOZ: Terry Camilleri

Għal sena oħra Kerċem Ajax Football Club flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, organizzaw Talenti+. Dan joffri korsijiet kemm edukattivi kuf ukoll sportivi għat-tfal, biex jitħarrġu f’dixxiplini differenti u jaqsmu bejniethom ħin ta’ kwalità.

Din is-sena Talenti+ iffoka fuq kif wieħed ikun jista’ jkun strument tal-paċi għal ta’ madwaru. It-taħriġ sar skont l-età tat-tfal u kien hemm drama, sport, kraft u sessjonijiet biex titrawwem fihom imħabba u sens ta’ resonsabbiltà fejn jidħol l-ambjent u l-annimali.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li hu importanti li t-tfal jikbru fi spirtu li jaċċettaw id-diversità minn ċkunithom, jaċċettaw lil sħabhom bħala daqshom għad li b’ħiliet differenti, kif ukoll jitgħallmu jaħdmu flimkien.