Qatt smajt bir-Rowing Club tal-Università?

FB: University of Malta Rowing Club

Il-Klabb Malti Universitarju tar-Rowing irrikonoxxiet il-bżonn li tippromovi sport alternattiv li hu aktar aċċessibli għall-istudenti u l-istaff. Il-klabb joffri s-sapport tiegħu lill-qaddiefa li għadhom studenti u jorganizza sessjonijiet apposta waqt is-sigħat tad-Degree+.

Dan sar possibbli grazzi għall-iSports Malta Technical Equipment Grant u s-sapport kontinwu tal-IPES, Degree+, u l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor. Il-gym fuq ġewwa li qiegħed fl-Università ta’ Malta jipprova jnaqqas il-problema ta’ studenti li jixtiequ jieħdu sehem f’xi sport iżda għandhom l-istudji tagħhom x’jagħmlu. F’dan l-ispazzju jista’ jmur kulħadd, anka jekk mhux midħla tal-isport.

Il-klabb li jieħu sehem fis-sliding seat rowing, sar wieħed mill-aktar klabbs stabbiliti fl-Università ta’ Malta. Il-klabb jipparteċipa kull sena fir-Rowing Championship Nazzjonali li ssir fuq ġewwa. Din is-sena l-atleti tal-klabb rebħu l-ewwel u t-tieni post fil-heavyweight 1000m tal-irġiel. Riċentament il-klabb applika għal grants biex ikun jista’ jixtri żewġ dgħajjes tal-qdif biex jkunu jistgħu jaqdfu fil-baħar ukoll.

Għall-konferenza attendew is-CEO ta’ Sports Malta Mark Cutajar, u s-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima. Tirrappreżenta l-Università ta’ Malta kien hemm il-Pro-Rettur għall-affarijiet tal-istudenti, Carmen Sammut.