“Qatt mhu tard biex tfittex l-imħabba” – Melanie

Ritratt: Facebook/MelanieKelly

Awguri lill-preżentatriċi Melanie Kelly li llum qed tiċċelebra għeluq il-45 sena. Twieldet bħal-lum it-2 ta’ Awwissu tal-1975.

Il-preżentatriċi tal-programm Kompendju stqarret li qatt ma kienet taħseb li fl-età ta’ 45 sena se tkun qed tibda ħajja ġdida flimkien ma’ imħabba ġdida, dar ġdida, u proġetti ġodda.

“Qatt mhu tard biex tfittex l-imħabba. Qatt ma tard biex tfittex il-kuntentizza tiwgħek. Qatt mhu tard biex tibda mill-ġdid. Qatt mhu tard għal xejn,” kitbet hi fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook ħdejn ritratt mal-maħbub tagħha Sean Busuttil Cordina, u binha Danny.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali.