Bar li jinsab fil-Belt Valletta qal li ż-żewġ persuni li nqabdu fuq kameras jivvandalizzaw numru ta’ karozzi fil-Pietà qatt aktar mhu se jdoqqu fl-istabbiliment tagħhom.
Fuq Facebook, il-bar The Rootz qal li jinsab ixxukjat b’dak li ġara.
Żewġ ġuvintur inqabdu jivvandalizzaw karozzi pparkjati f’Tal-Pietà u l-filmat beda jdur fuq il-midja soċjali.
Skont The Rootz, fit-23 ta’ Ġunju n-nies gawdew il-mużika taż-żewġ żgħażagħ. Il-bar qal li xi drabi wieħed ma jindunax bniedem xi jkun isarraf mal-ewwel daqqa t’għajn.
Persuna oħra kitbet fuq Facebook li ż-żewġ żgħażagħ ikkawżaw ħsara li tammonta għal madwar €7,000.