‘Qatt ma sirt naf lil missieri sew’ – Ronaldo

Il-futboler Cristiano Ronaldo infaqa’ jibki waqt intervista fuq it-televixin. Hu spjega kif missieru li kellu problemi bl-alkaħol qatt ma kellu ċans jarah isir stilla. L-attakkant ta’ Juventus li għandu 34 sena qal li bilkemm jista’ jgħid li jaf lil missieru Dinis li kien eks suldat. Missieru miet fl-età ta’ 52 sena lura fl-2005.

Ronaldo qal li missieru kien dejjem ikun fis-sakra u qatt ma kellu konverżazzjoni ma’ missieru bħalma ħaddieħor ikollu b’mod normali. Waqt l-intervista Ronaldo ġie muri intervista ma’ missieru li saret qabel il-Euro 2004 fil-Portugal. Kif ra l-filmat u sema’ lil missieru jitkellem b’tant kburija dwar ibnu, qabad jibki.

Meta ġie mistoqsi x’jagħmlu daqshekk dispjaċut meta jirrifletti fuq missieru li baqa’ taħt l-effetti tal-gwerrer fil-Mozambique u Angola, l-istilla Portugiża qal li missieru ma raħx jikber fl-isport u jikseb is-suċċessi li kiseb.