“Qatt ma rqadna bil-ġuħ” – Alfred Zammit

Alfred Zammit

Il-preżentatur tal-programm Kalamita, u Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit illum qasam mas-segwaċi tiegħu memorja ta’ meta hu u oħtu Rita kienu għadhom tfal.

“O żmien ħelu. Mumenti ta’ tfulija u tifkira ta’ ommi u missieri li ma jerġgħu qatt lura. Minkejja n-nuqqas ta’ dħul qatt ma rqadna bil-ġuħ u ħadna l-edukazzjoni u l-imħabba li Omm taf tagħti lil uliedha. Ħafna drabi nixtieq imqar induq il-riħa tal-ikel mill-kċina sempliċi iżda mimlija mħabba ta’ ommi, l-aqwa restaurant li qatt għext,” kiteb hu filwaqt li appella lill-pubbliku biex japprezza lill-ġenituri għax ħadd mhu se jibqa’ hawn għal dejjem.

Intant, tul dan ix-xahar ta’ Novembru li fih niftakru fl-għeżież tagħna li ħallewna, Newsbook.com.mt qed jagħti lill-qarrejja tiegħu l-opportunità li jsellmu u jfakkru l-memorja ta’ qraba jew ħbieb tagħhom li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.