​”Qatt ma rajt kirjiet għoljin daqs tal-lum” – Zammit Lewis

Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis qal li hu qatt ma' ra kirjiet għoljin f’Birkirkara fil-livell daqs tal-lum.
Zammit Lewis qal dan fid-dibattitu fil-Parlament meta kienu qed jiġu diskussi l-estimi tal-Awtorità tad-Djar.
Huwa qal li dan qed iwassal biex diversi nies li mhux ilaħħqu mal-kirjiet.
Zammit Lewis kompla jgħid li hu tajjeb li qed issir analiżi ta’ dawk li jinsabu fuq il-lista ta’ stennija.
L-eks Ministru tat-Turiżmu saħaq li fil-Parlament għaddejja diskussjoni ħolistika tal-problema u mhux joqgħod fuq dak li l-membri jisimgħu fil-każini politiċi b`referenza diretta lejn id-diskors ta` Bartolo.