“Qatt ma ngħatajt il-kariga ta’ Chairman tal-KMS” – Mark Cutajar

Minkejja li nhar is-Sibt li għadda, Mark Cutajar ippremja lir-rebbieħa tar-regatta, f’kummenti lil Newsbook.com.mt, Cutajar qal li fl-aħħar jiem ma ġiet appuntat bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isports.

Mark Cutajar qal li ma jafx kif il-mezzi tax-xandir irrappurtaw li ħa post iċ-Chairman attwali tal-KMS Bernard Vassallo, li fis-sigħat li għaddew kien ir-Russja fuq impenji marbuta mar-refereeing.

Mistoqsi għaliex kien hu li ta l-premju tar-regatta, Cutajar qal li minħabba r-regatta saret qabel is-soltu, hu ssejjaħ biex ikun Aġent Chairman u li bħalissa qed jgħin fix-xogħol tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports. Sostna li Bernard Vassallo ma ta ebda riżenja minn qabel.

Newsbook.com.mt ipprova jagħmel kuntatt maċ-Chairman Bernard Vassallo imma ma weġibx għat-telefonati. F’kummenti li ta lil The Malta Indipendent, Vassallo qal li hu ma kienx jaf li tneħħa minn Chairman u li jekk dan hu minnha, fl-ebda ħin ma kienx infurmat. Huwa t-tielet Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport.