“Qatt ma mmaġinajna fejn kien se jeħodna dan il-vjaġġ” – Roberta lil Ukko

Roberta & Ukko Metsola

Ġurnata speċjali għall-Ewro Parlamentari Roberta Metsola nèe Tedesco Triccas li llum qed tiċċelebra il-15-il anniversarju mindu żżewġet lill-Finlandiż Ukko Metsola.

Huma ltaqgħu waqt konferenza tal-European Democratic Students u żżewġu madwar sentejn wara nhar l-1 ta’ Ottubru tal-2005 f’ċerimonja fil-knisja tar-Rabat f’Malta. Il-koppja għandhom erba’ wlied, Luca (13-il sena), Alec (12), Marc (8) u Kristian (3 snin).

“15-il sena, żewġ nazzjonalitajiet, erba ‘tfal, żewġ pajjiżi, u għadd ta’ elezzjonijiet wara, hawn aħna. Ma naħsibx li qatt immaġinajna fejn kien se jeħodna dan il-vjaġġ u kemm inħobbu nitgħallmu u nissagrifikaw matul it-triq. Aħna grati ħafna li għandna lil xulxin biex inkunu nistgħu nibbilanċjaw it-trobbija ta’ wliedna, il-karrieri tagħna u ħajjitna. Ħadd minna ma jirnexxi mingħajr l-appoġġ tal-ieħor. Aħna grati għall-barkiet kollha li qsamna flimkien. Issa ninsabu lesti għal aktar avventuri,” ikkummentat Roberta ma’ newsbook.com.mt.

15 years of us ❤

Posted by Roberta Metsola on Thursday, October 1, 2020

Nawguraw lil Roberta u lil Ukko l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u għas-snin li ġejjien.