“Qatt ma kont noħlom li ntella’ xi ritratt bħal dan” – Daniel

Ritratt: Facebook/DannyGrech

Għall-kok Daniel Grech li narawh nhar ta’ Sibt fuq l-istazzjon Net fil-programm B Our Guest, il-Milied kien jum li ma kienx ikun qed jistenna.

Din is-sena però l-istorja kienet differenti.

Dan għaliex wara 12-il sena hu u ommu nsew id-differenzi ta’ bejniethom u reġgħu bdew jitkellmu.

“Qatt ma kont noħlom li ntella’ xi ritratt bħal dan,” kiteb hu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook mar-ritratt li jurih ma’ ommu meħud fil-Jum tal-Milied.

“Kont insejt xi tfisser il-familja” kompla jikteb hu, waqt li fost affarijiet oħra kiteb li kien jobgħod il-Milied u li issa sab ir-raġuni biex jerġa’ jibda jħobb dan il-jum.

Grech temm il-messaġġ tiegħ b’appell lis-segwaċi tiegħu:

“Tinsew qatt li l-familja dejjem tibqa’ familja”.

Ritratt: Facebook/DannyGrech

Prosit tassew Daniel li qsamt pubblikament dan il-mument personali biex b’hekk tispira oħrajn biex bħalek jinsew id-differenzi mal-ġenituri.