“Qatt ma kont nobsor li se jkolli t-tfal” – Ira Losco

F’għeluq it-tieni sena ta’ binha Harry, il-kantanta Ira Losco rrikorriet għal Instagram u stqarret li qatt ma basret li kien se jkollha t-tfal tagħha.

Fil-messaġġ li jakkumpanja r-ritratt tagħha ma’ Harry, Ira tgħid li meta n-nies kienu jitkellmu dwar uliedhom, ma kinitx tifhem kif xi ħadd jista’ jħobb lil xi ħaddieħor bla kundizzjoni.

Iddeskriviet lil Harry bħala “ċ-ċentru tal-univers tagħha”. Tgħidlu li tħobbu ħafna u li tixtieq tħaddnu f’dirgħajja għal iktar snin.

“Forsi meta tikber, iżżommni f’dirgħajk. Awguri Harry”, ittemm il-messaġġ tagħha Ira Losco.