Qatt ma kien hemm xi allegazzjoni fuq Silvio Valletta – Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li fl-2014 ħadd ma kien qed jantiċipa li dak li kellu jseħħ fl-2017 (meta seħħ l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia) u qatt ma kien hemm allegazzjoni dwar l-aġir tal-eks deputat kummissarju Silvio Valletta.


Meta kien qed jitkellem fit-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jimplimenta miżuri tal-estimi, Scicluna qal li lil Silvio Valletta gie nnominat fuq il-bord tal-FIAU mill-korp tal-pulizija u mhux il-ministru.

“L-allegazzjonijiet li sar li fl-2014 dak is-supretendent kien nnominat biex imbagħad imur jara partita futbol ma’ dak, hija tad-daħk. Dak iż-żmien kienet Senior Officer nominat mill-Police Force.

Ħadd ma jista’ jgħid li fl-2014 kien hemm xi xamma ta’ dik jew tal-oħra. Imbagħad bdew irewħuha li kien ir-raġel ta’ ministru, qatt ma kien hemm allegazzjoni dwar xi behaviour ta’ dan l-individwu,” hu spjega fil parlament.