“Qatt ma kelli uffiċċju fil-kwartieri tal-PL” – Sandro Chetcuti

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi ħalef li hu qatt ma kellu uffiċċju fl-ebda sular fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.

Dan qalu wara x-xhieda ta’ nhar it-Tlieta tal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia. Fix-xhieda tiegħu flinkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Farrugia qal li ta’ spiss kien jara lil Sandro Chetcuti fil-Kwartieri tal-PL qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

F’dikjarazzjoni maħruġa fit-8 ta’ Jannar, Chetcuti qal li jiddikjara b’ġurament li qatt ma kellu uffiċju, la fir-raba’ sular u lanqas f’xi sular ieħor tal-Kwartieri Ġenerali tal-PL.

Hu sostna li l-involviment tiegħu qabel l-Elezzjoni Ġenerali tas-sena 2013 kien li jlaqqa’ nies involuti fin-negozju, minn kull qasam tas-soċjetà Maltija, lid-diriġenti tal-Partit Laburista, inkluż lil Joseph Muscat, li dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni.