Qatt ħlomt li taħdem mal-Air Malta?

L-Air Malta nediet korsijiet ta’ taħriġ għal dawk li jaspiraw karriera ta’ Cabin Crew u li jixtiequ jiksbu r-rekwiżiti neċessarji sabiex jtiru fuq kwalunkwe linja tal-ajru.
Il-kors tal-linja nazzjonali huwa mfassal u mwassal mill-instructors tagħha stess, li għandhom aktar minn 15-il sena esperjenza.
It-taħriġ jikkonsisti kemm f’suġġetti teoretiċi kif ukoll prattiċi. Ma jsirx biss fil-klassijiet iżda wkoll f'ambjent ta’ mock-up cabin sabiex jkun iffaċilitat t-tagħlim.
Fi tmiem it-taħriġ dawk li jgħaddu jingħataw ċertifikat. Jingħataw ukoll il-klassifikazzjoni tat-tip A319 u A320 li huma ż-żewġ tipi ta’ ajruplani fil-flotta tal-Air Malta. 
Il-korsijiet huma irregolati u approvati minn Transport Malta. 
L-Air Malta ma tiggarantixxix impjieg lil dawk li jattendu l-korsijiet tagħha. Madankollu, b’dan it-taħriġ, it-trainees ikunu eliġibbli biex japplikaw għal postijiet vakanti ta’ Cabin Crew li l-Air Malta tista' toħroġ minn żmien għal żmien.
Fi stqarrija, l-Air Malta spjegat li ċ-Ċertifikazzjoni ta’ Cabin Crew tal-Air Malta huwa l-uniku kors ta’ Cabin Crew li mhux biss huwa approvat iżda wkoll validu għal impjieg mal-Air Malta.
Aktar informazzjoni hawn.