Qatluhom fl-2018 għax ġurnalisti – It-tieni parti

Fl-ewwel parti rajna l-ewwel 13-il ġurnalist minn 53 li nqatlu tul l-2018. F’dan l-artiklu se nkomplu naraw aktar ġurnalisti li nqabdu jew inqatlu minħabba xogħolhom.

  1. Paúl Rivas Bravo fotografu u Juan Javier Ortega Reyes ġurnalist

Rivas u ż-żewġ kollegi tiegħu Javier Ortega, ġurnalist u x-xufier Efrain Segarra nqatlu bejn l-10 u t-12 ta’ April tas-sena l-oħra. It-tlett irġiel kienu maqbuda minn membri ta’ grupp ta’ traffikanti mmexxi minn Walter Arizala fis-26 ta’ Marzu, viċin Ecuadoran villaġġ f’Mataje. Meta nqabdu huma kienu qed jirraportaw storja tal-vjolenza relatata ma’ droga għas-sit El Comercio. Ġimgħa qabel qatluhom, fuq l-istazzjon televiżiv dehru ritratti tagħhom marbutin flimkien.

Credit: Pulzo.com

Huwa rrapurtat li Ortega qal li huma setgħu jiġu mibdula ma’ tliet membri tal-grupp li jinkludu lill-mara ta’ ħu l-mexxej tal-grupp li qed tinżamm ġewwa l-Ekwador. Huwa ħeġġeġ lill-president, Lenin Moreno biex jagħmel dak li hu mitlub minnu. Tmint ijiem wara l-RCN irċievew informazzjoni li dawn t-tliet persuni kienu maqtula. L-iġsma tagħhom instabu xahrejn wara l-inċident  u ndifnu fis-27 ta’ Ġunju.

15. Abdullah al-Qadry

Credit: Women Journalists Without Chains

Al-Qadry, miet fit-13 ta’ April wara ġrieħi li ġarrab minn attakk bil-missili wara li l-karozza li kien qed jivjaġġa biha nlaqtgħet minn dan l-attakk. Al-Qadry kien fotografu u camera man mal-Belquees TV u Agence France-Presse. Huwa kien qed jaħdem fuq il-ġlied bejn il-gvern tal-Yemen u r-ribelli Houthi fil-provinċja ta’ Bayda. Huwa kien ma’ tliet ġurnalisti oħra Khalil al-Taweel (Belquees TV), Thiab Shatir u Walid al-Jaouri (Yemen Shabab) u kienu sejrin biex jintervistaw membri mill-Armata Nazzjonali ta’ Yemen fiż-żona ta’ Qaniyah ġewwa Bayda. Kollha ntlaqtu però Al-Qadry intlaqat mill-fdalijiet tal-bombi f’għonqu. Il-kollegi tiegħu kienu salvati u l-ġisem tiegħu ġie rkuprat iktar tard.

16. Ángel Eduardo Gahona

Credit: prensa.com

Fil-21 ta’ April ġie maqtul Gahona waqt li kien qed jirrapporta l-protesti  kontra r-riformi tal-pensjoni ġewwa Bluefields Nicarugua. Skont rapporti li saru Gahona miet wara li sparawlu. Huwa kien qed jiffilmja live fuq Facebook wara li l-gvern kien iċċensura li jkun hemm rapporti dwar din l-attvità. Jidher biċ-ċar li xi ħadd spara lil Gahona minħabba li l-kamera li kien qed jiffilmja biha waqgħet mal-art. Skont ġurnalist li kien fiż-żona, il-pulizija kienu dawk li sparawlu għax ħadd ma kien jidher li kellu armi tan-nar fuqu. Żewġ persuni ġew arrestati mill-pulizija akkużati bi qtil u attentat ta’ qtil. Madanakollu l-familja ta’ Nahona temmen li l-verità għad trid toħroġ.

17. Abdul Manan Arghand

Credit: Democracy Now

Il-ġurnalist Afgan li kien jirrapporta ġrajjiet kurrenti inqatel permezz ta’ arma tan-nar huwa sejjer lejn ix-xogħol fil-25 ta’ April. Ħadd ma ħa r-responsabbiltà ta’ dan il-qtil però jidher li Arghand kien qed jirċievi theddid permezz ta’ telefonati anonimi minn sena qabel il-mewt tiegħu. Skont l-investigazzjonijiet mis-CPJ, il-Ministru tal-Intern Afgan kien bagħat ittra lill-pulizija fil-provinċja ta’ Kandahar xahar qabel il-mewt biex jinfurmahom li Arghand kien fil-mira tat-Taliban.

18. Ahmed Abu Hussein

Credit@ Nour Odeh – Twitter

Il-Palestinjan Ahmed Abu Hussein kien fotografu ma’ Voice of the People Radio. Huwa ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar fit-13 ta’ April u miet 12-il ġurnata wara. Huwa kien qed jirraporta l-protesti f’Jabalia, fit-Tramuntana tal-belt ta’ Gaza. Wara li sparawlu huwa ġie trasferit f’diversi sptarijiet qabel ma miet fl-isptar Tel Hashomer f’Ramat Gan fil-Lvant ta’ Tel Aviv. Jidher li Hussein kien qed jieħu r-ritratti waqt dawn il-protesti u kien liebes ilbies protettiv li jindika li kien qed jirraporta. L-awtoritajiet Iżraeljani għadhom ma kkummentawx fuq dan l-inċident.

 

L-għaxar ġurnalisti li ġejjin inqatlu kollha flimkien fit-30 ta’ April wara żewġ bombi suwiċidja li saru f’Kabul ġewwa l-Afganistan

19. Shah Marai

Credit: AFP

Marai kien il-kap tal-fotografija tal-AFP f’Kabul. Huwa nqatel fit-tieni bomba li huwa maħsub li kienet immirata għall-membri tal-istampa. L-Istat Islamiku ħa r-responsabbiltà ta’ dawn l-attakki li swew il-ħajja ta’ 14-il persuna. Marai kien beda jaħdem ma’ AFP bħala xufier u traduttur.

20. Abadullah Hananzai

Credit: Golnaz Esfandiari – Twitter

Abadullah Hananzai, kien ġurnalist li jieħu l-filmati mar-Radio Free Europe and Radio Liberty’s Radio Azadi. Il-filmat ta’ qabel kien jittratta fuq l-isforzi tal-gvern biex jitrażżan it-traffikar tan-narkotiċi fl-Afganistan. Hananzai kien maqtul ukoll fit-tieni spluzjoni.

21. Sabawoon Kakar

Credit: Columbia Journalism Review

Il-kollega ta’ Hananzai, Sabawoon Kakar wasal fuq il-post wara l-ewwel attakk, madanakollu huwa ġie maqtul fit-tieni attakk. Huwa kien ħadem fuq diversi kwistjonijiet fosthom is-sigurtà nazzjonali, kontra t-terroriżmu kif ukoll fuq kwistjonjiet soċjali.

22. Yar Mohammad Tokhi

Credit: Tolo News

Tokhi kien kameraman mal-istazzjon Tolo News fuq it-televizjoni Afgan. Huwa miet fit-tieni splużjoni u kien ilu jaħdem mal-aħbarijiet ta’ Tolo għal 12-il sena. Huwa kien se jiżżewweġ ix-xahar ta’ wara l-attakk.

23. Ghazi Rasooli

Credit: MEP Watch.EU

Ġurnalist magħruf li ħadem mal-1TV fl-Afganistan kien ilu jirraporta attakki kriminali u terroristiċi għal erba’ snin. Jidher li ġurnata qabel huwa kien għadu kemm intervista lill-kelliem għal-Miniteru tal-Intern dwar is-sigurtà tal-Afganistan. Huwa miet fit-tieni spluzjoni li seħħet.

24. Nowroz Ali Rajabi

Credit: ToloNews

Rajabi nqatel fit-tieni splużjoni li kienet immirata għall-membri li jaħdmu fil-midja. Huwa kien kameraman mal-1TV u kien ilu sena, però kien ilu ħames snin jaħdem ma diversi stazzjonijiet oħra.

25. Saleem Talash

Credit: Tolonews

Għal sentejn, Talash kien ġurnalist ma’ Mashal Tv. Jidher li huwa kien wissa lil ħbiebu bl-ewwel attakk li kien sar. Talash kie ilu għarus għal perjodu qasir qabel ma miet.

26. Ali Saleemi

Credit: Columbia Journalism Review

Saleemi kien ilu biss ġimgħa jaħdem ma’ Mashal TV bħala ġurnalist u kameraman. Skont Tolo News huwa miet fit-tieni splużjoni

27. Maharram Durrani

Credit: RFE/RL

Durrani kienet qed tiġi mħarrġa ma’ Radio Azadi meta mietet fit-tieni splużjoni li seħħet. Qabel ma bdiet taħdem ma’ Radio Azadi hija kienet taħdem ma’ diversi midja oħra ġewwa l-Afganistan.

28. Ibrahim al-Munjar

Credit: Doha Centre for Media Freedom

Al-Munjar kien ġurnalist mas-sit Sirjan, Sy24. Huwa miet fis-17 ta’ Mejju wara li żewġ persuni sparawlu f’Saida fil-provinċja ta’ Daraa. Il-Bullet daħlet f’għonqu u miet ftit wara. Skont l-editur ta’ Sy24 ħadd ma ħa r-responsabbiltà ta’ dan il-qtil minkejja li Daraa qiegħda fil-kontroll tar-ribelli Jaysh Khaled Ibn al-Waleed, u għandhom konnessjoni mal-Istat Iżlamiku. Hemm suspetti li Al-Munjar miet minħabba l-professjoni tiegħu.