Qatgħa ta’ għasafar twaqqaf ajruplan milli jtir minn Malta

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li t-titjira tal-Air Malta lejn Heathrow f’Londra, li telqet għal ħabta tas-7:20am mill-ajruport ta’ Malta kellha tirritorna lura wara li l-ajruplan ġie milqut minn-qatgħa għasafar.

L-ajruplan kellu jitniżżel lura fl-ajruport biex isirulhu l-ispezzjonijiet meħtieġa. Skont stqarrija li ħareġ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, qed issir investigazzjoni interna dwar il-każ. It-titjira ġiet immexxija għall-9:45am u għalhekk il-passiġġieri kellhom jistennew madwar siegħa u 45minuta biex jibdew triqithom lejn Londra.