Filmat: Qatgħa Kwakk joħolqu spettaklu mhux mistenni

Read in English.

Qatgħa ta’ għasafar Kwakk daħlu jistrieħu fir-riserva naturali ta’ Simar fix-Xemxija.

Fi stqarrija, Birdlife qalet li madwar 180 Kwakk li hija l-ikbar qatgħa li qatt daħlet fir-riservi naturali f’pajjiżna tkompli tkabbar l-importanza ta’ Malta fir-rotta migratorja u r-relevanza li f’pajjiżna jkollna aktar riservi naturali għat-tajr protett.

Il-Kwakk jivvjaġġa bil-lejl u daħal fir-riserva f’inżul ix-xemx biex offra spettaklu lil dawk preżenti.

Ir-riserva naturali tas-Simar tkun miftuħ għall-pubbiku kull nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa bejn is-2pm u is-7pm.