Qatel lil mara u wara tella’ ir-ritratt tagħha fuq Facebook

Fi Florida, l-Istati Uniti, raġel qatel lil mara tiegħu u wara, ħa ritratt tal-katavru tagħha u tellgħu fuq Facebook.

Derek Medina, ta’ 31 sena ammetta fil-Qorti li spara diversi tiri tan-nar lejn  il-mara tiegħu ta’ 26, Jennifer Alonso.

Medina saħaq li hi kienet tagħtu daqqa ta’ ponn u lestiet sikkina biex tattakah biha qabel ma hu qatilha.

Huwa qal li malli ra li se jinqala’ argument, ir-raġel arma ruħu b’arma tan-nar u sparalha wara li qaltlu li se titilqu.