Qatar Airways tippjana l-itwal titjira diretta fid-dinja

Qatar Airways se tniedi dik li tidher li se tkun l-itwal titjira diretta fid-dinja.
Il-linja tal-ajru ħabbret il-pjan tagħha li tgħaqqad il-kapitali Doha ma’ Auckland fi New Zealand.
Jekk il-pjan isir realtà, it-titjira tkun ta’ 18-il siegħa u 34 minuta biex tkopri distanza ta’ iktar minn 14,500 kilometru.
Din tkun kważi sagħtejn itwal mill-itwal titjira s’issa, li hi ta’ Qantas Airlines, li tgħaqqad lil Dallas ma’ Sydney.