Qassis ħati b’abbuż ta’ tifla fiċ-Ċilì għal Ruma

Qassis li twieled l-Irlanda, li kien instab ħati li abbuża tifla taħt il-kura tiegħu fi skola tal-Knisja f’Santiago imma li ma marx il-ħabs għal dak li għamel telaq miċ-Ċilì lejn Ruma wara li spiċċat is-sentenza tiegħu ta’ erba’ snin.

Kritiċi ilhom jippuntaw lejn il-każ ta’ Rev. John O’Reilly bħala eżempju ta’ klemenza f’pajjiż li fih il-Knisja Kattolika kellha ħafna poter fil-politika u fis-soċjetà.

Fl-2014, imħallef kien ordna lil O’Reilly, il-mexxej tal-ordni reliġjuża Legionaries of Christ biex iservi sentenza ta’ “libertà superviżorja” għal erba’ snin talli abbuża tifla minorenni f’Las Condes bejn l-2007 u l-2009.

O’Reilly temm is-sentenza tiegħu fl-10 ta’ Diċembru skont stqarrija tal-Legionaries of Christ.