Qassis Għawdxi appuntat fin-Nunzjatura Appostolika fi Vjenna

Read in English.

Il-Papa Franġisku assenja lill-Mons. Joseph Grech il-Missjoni Permanenti tas-Santa Sede għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Vjenna.

Il-Kunsillier għan-Nunzjatura Appostolika huwa Malti li ġie appuntat Segretarju għan-Nunzjatura Appostolika fl-Ukrajna f’Lulju tal-2016. Mons. Grech qatta’ tliet snin fin-Nunzjatura Appostolika fiż-Żambja u tliet snin fil-Missjoni tas-Santa Sede fin-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, qabel ma ġie appuntat fl-Ukrajna.

Huwa kien sar qassis fid-Djoċesi t’Għawdex fl-20 ta’ Ġunju, 2001. Wara, huwa qatta’ tmien snin Vigarju tal-Parroċċa ta’ Santa Maria del Buon Consiglio f’Ruma. Huwa akkwista dottorat fil-Liġi Kanonika u Ċivili mill-Università Pontifikali Laterana f’Ruma. Għandu wkoll Baċellerat fit-Teoloġija Qaddisa, Diploma fil-Prassi Kanonika Amministrattiva, Diploma fil-Kawżi tal-Qaddisin u Diploma fl-Arkeoloġija Kristjana.