Qassis Għawdxi akkużat b’abbuż fuq minorenni

Qassis żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b’abbuż fuq tliet minorenni.
Is-seduta nstemgħet fil-magħluq fuq talba tal-avukat difensur Carmelo Galea.
Hu mifhum li l-allegati abbużi seħħew fuq numru ta’ xhur.
Il-qassis Għawdxi, li għandu fuq 30 sena,ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu u garanzija personali.
Jidher li l-Pulizija qed jinterrogaw xi persuni oħra b’rabta mal-istess każ.