Ingredjenti
Għaġina tat-torti
600g dqiq plain
150g butir
150g xaħam
250ml ilma kiesaħ
Għall-mili
pakkett spinaċi ffriżat
5 karrotti msajrin u mqattgħa biċċiet
150g żebbuġ aħdar mqattgħa biċċiet
150g piżelli
2 landi tonn taż-żejt
patata mgħollija
Metodu
Aħdem l-għaġina u ħalliha fil-friġġ
Aqli l-basal. Żid il-piżelli, it-tonn taż-żejt, iż-żebbuġ u l-patata mgħollija. Ħallat kollox flimkien.
Irrombla l-għaġina u aqta’ biċċiet biex tifforma għall-qassatat. Imlihom bit-taħlita u sajjar f’forn 180˚Ċ ghal 30-40 minuta.