“Qasamli qalbi; b’rasu maqbuda fi flixkun…salvajtu”

Read in English.

Xena tal-qsim il-qalb – hekk iddeskriviet l-esperjenza tagħha tfajla li waqt li ħarġet lill-kelb tagħha għal mixja f’Pembroke iltaqgħet ma’ qanfud li kellu rasu mwaħħal fi flixkun tal-plastik.

F’messaġġ li ħalliet fuq Facebook, it-tfajla spjegat li waqt li kienet miexja bil-kelb semgħet ħsejjes ġejjin mill-ħaxix, ħsejjes li qanqlulha l-kurżita biex tfittex minn fejn kienet ġejja.

Spjegat li xegħlet id-dawl tal-flash tal-mowbajl tagħha u hemm sabet lill-qanfud jissielet sabiex joħroġ rasu mill-flixkun tal-plastik.

Fil-messaġġ tagħha qalet li ma jistax ikun li l-annimali salvaġġi jibqgħu jsofru minħabba n-negliġenza tal-bnedmin.

Temmet tgħid li rnexxielha ssalva lill-qanfud minn inċident li seta’ wassal għall-mewt tiegħu.