Qarnita bit-tewm

Read in English.

Ingredjenti

  • Qarnita
  • 200gr basal
  • Tewm
  • Nagħniegħ
  • Żejt taż-zebbuġa
  • Meraq tal-lumi
  • Paprika
  • Tursin

 Metodu
1. Għalli l-qarnita għal 40 minuta. Itfi n-nar u ħalliha fil-misħun għal 40 minuta oħra.
2. Qatta l-basal u kwantità ta’ tewm.
3. Aqta’ l-qarnita f’biċċiet żgħar.
4. Saħħan ftit żejt ġo taġen imdaqqas u aqli l-basal u t-tewm. Żid il-qarnit, meraq u qoxra tal-lumi maħkuka, nagħniegħ u l-paprika. Ħawwad u sajjar għal 10 minuti.
5. Neħħi minn fuq in-nar. Żid ftit żejt u tursin imqatta’ rqiq. Servi kiesħa.
Għal aktar riċetti ta' Anton B. Dougall, segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM, kuljum bejn id-9am u 12pm.