Qarabagħli mimli bit-Tiġieġ

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti:
• Kilo qarabagħli
• 200gr basal imqatta'
• 100ml ilma
• Tadama mqattgħa biċċiet żgħar
• Kuċċarina paprika
• 200gr ikkapuljat tat-tiġieġa
• 2 mgħaref frak tal-ħobż ismar
• Bajda
• 2 mgħaref ġobon maħkuk
 
Metodu:
1. Aqsam il-qarabagħli għat-tul u ħaffer il-bieba.
2. Għalli l-qarabagħli u kessaħ.
3. Sajjar il-basla ġol-ilma flimkien mat-tadama u l-paprika.
4. Żied il-bieba mal-laħam, l-bajda u l-ġobon u kompli sajjar.
5. Berred it-taħlita u imla l-qarabagħli.
6. Poġġihom ġo dixx tal-forn u sajjar fil-forn għal 35 minuta.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK