Qarabagħli bil-perżut fil-forn

Ingredjenti

2 qarabagħli

150g dqiq

3 bajdiet

100g ġobon Parmiġġan

80g perżut imqatta’

bżar u melħ

2 tadamiet imqattgħa slajsis

Metodu

Qatta’ l-qarabagħli biċċiet ftit kbar.

Ħallathom flimkien mad-dqiq,  il-bajd imħabbat, il-ġobon, u l-perżut. Ħawwar bil-bżar u bil-melħ.

Fil-wiċċ poġġi s-slajsis tad-tadam.

Aħmi f’forn moderat f’temperatura ta’ 180˚Ċ għal 20 minuta jew sakemm tara li għaqdet .

Ħalliha tiksaħ għal 15-il minuta qabel taqsamha biex ma titfarraklekx.