Qaqoċc mimli

Ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

4 qaqoċċ

3 laned tonn taż-żejt miż-żgħar

4 slajsis qalba tal-żobż imfarrka

2 sinniet tewm mgħaffġa

2 kuċċarini żebbuġ.

12-il żebbuġa mqattgħa biċċiet żgħar

2 patatiet slajsjati

żejt taż-żebbuġa kemm ikun hemm bżonn

Metodu

Aħsel tajjeb il-qaqoċċ u aqta’ z-zkuk.

F’bieqja immaxxja flimkien il-ħobż, it-tonn taż-żejt u ż-żejt taż-żebbuġa sakemm ikollok paste konsistenti. Żid il-kappar u ż-żebbuġ u ħallat.

Deffes il-paste bejn il-weraq tal-qaqoċċ u fuq nett, poġġi s-slajsis tal-patata biex iżżomm il-paste f’postu.

Poġġi l-qaqoċċ f’borma b’ilma li jkun ilaħħaq tal-qiegħ tal-qaqoċċ. Sajjar għal bejn tliet kwarti u siegħa.

Minn ħin għall-ieħor iċċekkja li l-ilma ma jkunx inxtorob u f’dak il-każ żid aktar ilma.