Il-linja tal-ajru Awstraljana Qantas ħabbret li dawk li se jivvjaġġjaw fuq titjiriet internazzjonali operati minnha se jkollhom l-obbligu li jippreżentaw ċertifikat bħala prova li ħadu l-vaċċin tal-Covid-19.
Il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Awstraljana qal li dan l-obbligu ser ikun meħtieġ meta l-vaċċin jkun disponibbli.
L-Awstralja kienet minn tal-ewwel li għalqet il-fruntiera apparti li imponiet kwarantina fuq kull min ser jivvjaġġa lejn l-pajjiż.
Apparti minn hekk il-pajjiż impona għadd ta’ lockdowns stretti biex jxejjen r-rata tal-imxija tal-Covid-19.
Nhar it-Tnejn li għadda, l-istat ta’ NSW beda jneħħi l-miżuri restrittivi fil-pajjiż, li jinsab riesaq lejn is-sajf.