Qamar il-Għasel ‘diżastru’ għal Clooney u martu

Wara t-tieġ tas-sena f’Venezja, kien mistenni l-Qamar il-Għasel tas-sena għal George Clooney u l-mara tiegħu Amal.
Kollox kien ippjanat sal-aħħar dettall – villa ta’ 250 metru kwadru f’Seychelles, fuq bajja b’ilma mill-iktar ċar, maġġordom 24 siegħa kuljum, ikliet fuq ix-xtajta, spa u ħafna iktar.
L-unika ħaġa li ma kellhomx kontroll fuqu kien it-temp!
Skont stazzjon tar-radju Franċiż, it-temp ħarbtilhom il-Qamar il-Għasel tant li ddeskrivih bħala diżastru! Dan minħabba sajjetti, xita tropikali, riħ qawwi u mewġ ta’ 4 metri.
Irrapporta li l-miżżewġin friski saħansitra għamlu jumejn mingħajr dawl u mingħajr internet.
Biex jikkunslaha, George ta lill-mara tiegħu r-rigal tat-tieġ – villa li tiswa €12-il miljun fil-kampanja, 50 kilometru ’l barra minn Londra.