Qamar ġdid f’Għar Dalam

Heritage Malta qed torganizza attività f’Għar Dalam.
Nhar il-Ġimgħa, propju fis-7pm, se jkollok l-opportunità rari sabiex tara l-‘qamar ġdid’ minn Għar Dalam.
Se ssir introduzzjoni qasira dwar il-biodiversità li nsibu f’dan il-post u fil-madwar. Se tingħata l-opportunità li tara l-friefet il-lejl li jgħixu f’Għar Dalam kif ukoll xi insetti li wieħed isib fil-madwar.
Il-ħlas għad-dħul huwa ta’ €13 għall-kbar u €9 għat-tfal taħt it-12-il sena.