“Qaluli nagħmel abort għax kelli l-kanċer iżda rrifjutajt” – omm

Omm mill-Istati Uniti rrakkuntat kif meta mardet bil-kanċer waqt it-tqala tagħha sabet tabib li ssuġġerielha tagħmel abort. Madanakollu hi rrifjutat li tagħmel dan u llum il-ġurnata mhux talli fieqet mill-kanċer iżda għandha tifla li qed tiċċelebra għeluq l-10 snin tagħha.

Fuq Facebook, Sarah Wickline Hull spjegat li ħasset li kien hemm bżonn tgħaddi l-kummenti tagħha dwar id-diskussjoni dwar l-abort li dejjem qed tikber madwar id-dinja. L-omm irrakkuntat kif meta kienet madwar 20 ġimgħa fit-tqala tagħha, ġiet dijanjostikata b’kanċer aggressiv li saħansitra lanqas beda jħalliha tieħu nifs sew.

Qalet li wara snin twal li fihom hi u r-raġel tagħha bdew jippruvaw ikollhom it-tfal, kien ta’ xokk kbir għaliha li tisma’ tabib jgħidilha biex tagħmel abort. Spjegat li kienet tippreferi tmut hi milli tabortixxi lil bintha. Spjegat li minn hemm biddlet it-tabib u sabet tobba oħra li tawha s-sapport li kellha bżonn sakemm welldet wara 34 ġimgħa. Qalet li f’Mejju li ġej se tkun qed tiċċelebra 10 snin meħlusa mill-marda tal-kanċer, filwaqt li bintha issa għalqet 10 snin.

“Craig illum jgħalaq seba’ snin”

Intant, omm Maltija li addottat tifel mill-Etijopja u li llum għandu seba’ snin spjegat kif omm Craig, minkejja ċ-ċirkustanzi ħżiena tat-tqala ta’ ommu naturali, hi xorta ddeċidiet li tkompli bit-tqala tagħha imbagħad tgħaddi lil binha għall-addozzjoni.