Qalulhom li jistgħu joħorġu mill-isptar; 2 suwiċidji jiem wara – Ministeru għas-Saħħa

Read in English.

Żewġ persuni mietu b’suwiċidju f’inqas minn 30 ġurnata minn wara li ġew discharged wara li saritilhom dijanjosi ta’ mard mentali. Din l-istatistika ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa li qal li kien hemm każ wieħed fl-2016 u ieħor fl-2017.

Bħala parti mill-istrateġija nazzjonali tas-saħħa mentali l-Gvern elenka għadd ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw biex jevalwaw il-qasam. Newsbook.com.mt talab lill-Ministeru għas-Saħħa biex jipprovdi r-riżultati tal-indikaturi kif qegħdin bħalissa.

L-istrateġija tkopri ż-żmien bejn l-2020 u l-2030. Huwa maħsub li fl-2025, f’nofs il-perodju, issir evalwazzjoni.

Kelliema għall-Ministeru qalet ma’ Newsbook.com.mt li fl-2017, in-nefqa fis-servizzi għas-saħħa mentali kienet ta’ ftit aktar minn €40 miljun. B’kollox kien hemm 641 persuna jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali, però dan in-numru jinkludi fih impjegati mhux kliniki wkoll. Matul l-2018 kien hemm 2,154 persuna li ddaħħlet għal kura f’sala psikjatrika.

Riżultati oħra jinkludu:

  1. Fil-bidu ta’ Awwissu tal-2019 minn 463 sodda psikjatrika, 396 kienu okkupati
  2. L-average length of stay f’acute psychiatric facility f’Malta hija ta’ 47-il ġurnata
  3. Suicide mortality rate fl-2018, kienet ta’ 6.95 għall-irġiel u 0.87 għan-nisa
  4. Hemm 498 tfal  li l-età tagħhom tvarja bejn is-6 u 12-il sena li qed jieħdu mediċina għall-ADHD mill-POYC
  5. Fl-2018 kien hemm 233 pazjent li ngħataw kura minħabba diżordni mentali u tal-imġiba. Din il-figura ma tinkludix persuni li ngħataw kura minħabba alcoholism
  6. Skont il-Health Interview Survey li sar fl-2015, 9.8% taż-żgħażagħ (15 – 25) jikkonsmaw sitt xarbiet jew aktar alkoħoliċi mill-inqas darba f’ġimgħa. Ir-rata fl-adulti hija ta’ 25.4%
  7. Mill-2016 sa Lulju ta’ din is-sena kien hemm 3,012 parteċipant li għamlu l-Mental Health First Aid – standard course. Filwaqt li 282 parteċipant għamlu l-youth course u 270 għamlu t-Teen Course
  8. Fl-2018 kien hemm 1,760 voluntary admissions
  9. Fl-2018 kien hemm 394 involuntary admissions
  10. Matul l-2018 kien hemm total ta’ 177 community treatment orders, minn dawn 59 kienu ġodda filwaqt li 118 kienu renewals
  11. Il-prevalenza fl-użu tal-kannabis u l-kokaina jidher fit-tabelli t’hawn taħt. Dawn it-tabelli huma meħuda mill-Health Interview Survey li sar fl-2015
Użu tal-kannabis15-2525 – 4445+ Total
% matul l-aħħar xahar3.10.80.10.8
% lifetime prevalence13.09.02.16.0
 Età fil-ħin tal-intervista Total
Użu tal-kokaina15-2525 – 4445+
% matul l-aħħar xahar1.10.50.10.4
% lifetime prevalence5.63.40.42.2

Il-Gvern qed jipproponi li jkun hemm aktar ħin għall-isport fl-iskejjel bħala parti minn strateġija favur is-saħħa mentali. F’Lulju l-Gvern ħareġ dokument twil madwar 50 paġna dwar il-viżjoni tal-Gvern b’rabta mas-saħħa mentali bejn il-perjodu tal-2020 sal-2030.

Il-Gvern jipproponi aktar PE fl-iskejjel

Il-viżjoni tad-dokument huwa ta’ soċjetà li tippromwovi s-saħħa mentali ta’ kulħadd, li tipprevjeni diżordni mentali fost individwi li huma f’riskju għoli, u li tipprovdi trattament ta’ kwalità għal min ikollu problemi fis-saħħa mentali.

Bħala parti mill-istrateġija nazzjonali l-Gvern għandu l-ħsieb li jniedi ambulanza speċjalizzata għas-saħħa mentali.

Il-Gvern bi ħsieb li jniedi ambulanza tas-saħħa mentali sal-2030

Jekk għaddej minn tbatija u għandek ħsibijiet dwar suwiċidju inti mħeġġeġ tikkuntattja lil kellimni.com, Helpline 179 u lil Richmond Foundation fuq 1770 (Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u s-7pm). Wieħed jista’ jikkuntattja wkoll lil Crisis Resolution Malta fuq 99339966 – l-ewwel sejħa tkun b’xejn. F’każ ta’ periklu imminenti kkuntattja immedjatament lill-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei jew 112.