Qalgħet ħasla wara dak li qalet fuq Father Christmas

Is-sindku Christine Jeffreys

Sindku Ingliża qalgħet ruxxmata kritika wara li qalet lit-tfal li din is-sena Father Christmas ma kienx se jiġi għax għandu ħafna x’jagħmel. Christine Jeffreys minn West Bridgford qaltilhom li minflok, il-ġeniuri tagħhom kienu se jħallulhom ir-rigali tagħhom taħt is-siġra tal-Milied.

Minn naħa tagħhom il-ġenituri rrabjaw mhux ħażin għall-kliem tas-sindku waqt attività li għaliha kien hemm tfal kollha taħt l-10 snin. Waħda minnhom irrimarkat li “Kollha kemm aħna bqajna mbellhin b’dak il-kliem, daqslikieku konna qed naraw film tal-biża’ dwar Father Christmas.”

Missier, li kellu miegħu lil bintu ta’ erba’ snin, saħaq li jekk kliem is-sindku kellu jittieħed b’ċajta ma tantx niżel tajjeb l-aktar mal-aktar minn 100 tfal li semgħuha titkellem.

Għexieren ta’ ġenituri tawha ħasla wkoll fuq Facebook u sejħulha li kienet bħal Grinch, dak li ma jħobbx il-Milied.

Il-Grinch, dak li ma jħobbx il-Milied

Żewġ kummenti ta’ ommijiet li dehru fuq il-paġna kienu dwar żewġt ibniet ta’ ħames snin. Waħda staqsiet lil ommha kekk dak li qalet is-sindku kienx minnu u t-tifla l-oħra kienet konfuża dwar x’kien se jagħmel Father Christmas.

Biex ittaffi mill-agħa li qalgħet is-sindku Jeffreys qalet li jiddispjaċiha għall-inkwiet kollu li ġabet.

“Dak li għidt lissintu bi żball,” temmet tgħid.