Qaleb għall-aħjar iż-żagħżugħ li kellu inċident fil-Fontana

M'għadux fil-periklu tal-mewt iż-żagħżugħ ta' 18-il sena miż-Żebbuġ Għawdex li matul il-lejl ta' bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Fontana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta' filgħodu fi Triq ix-Xlendi, meta ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma' ħajt.
Maż-żagħżugħ kien hemm tliet żgħażagħ oħra mix-Xagħra. Tnejn sofrew ġrieħi ħfief filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi gravi.Il-vettura ġarbet ħsarat estensivi.
Il-vittmi ttieħdu kollha l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtiega