Qal li kellu tant flus fuqu, imma kellu 10 darbiet aktar

Raġel mill-Burkina Faso ġie mmultat €3,750 wara li nstab li kien qed iġorr 10 darbiet aktar flus minn kemm iddikjara.
L-inċident seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta s-Sibt, meta l-uffiċjali tad-Dwana staqsew lir-raġel kemm kellu flus fuqu.
Weġibhom li kellu €1,500, iżda meta fittxewlu fil-bagalja u fuqu l-uffiċjali sabu €15,000.
Huwa ngħata lit-Taqsima tal-Kriminalità Ekonomika, u lbieraħ ittella’ l-Qorti u ġie mmultat is-somma msemmija.