​Qal li d-droga hija tiegħu biex jipproteġi lil ħuh il-kbir

Raġel akkużat bil-pussess tad-droga inħeles mill-Qorti tal-Maġistrati wara li pprova jieħu t-tort minflok ħuh il-kbir.
Russell Buhagiar kien akkużat bil-pussess tad-droga kokaina u kannabis, fejn jidher li ma dawn ma kienux għall-użu personali tiegħu.
Il-Qorti semgħet kif minkejja li fir-residenza tiegħu nstabu diversi oġġetti marbuta mat-teħid tad-droga, l-ebda tfittxija ma wasslet għal sejba ta’ droga fuqu.
L-Ispettur Taliana spjega li kien l-akkużat stess li ammetta li d-droga li nstabitlu fir-residenza, kienet tiegħu u għalhekk kellu jitressaq il-Qorti. 
Madankollu iktar tard quddiem il-Maġistrat, Russell Buhagiar ammetta li kien ivvinta din l-istorja sabiex jipproteġi lil ħuh il-kbir.
Meta xehed ħuh, dan ikkonferma wkoll li l-akkużat ma kellu x’jaqsam xejn mad-droga.