Qagħaq tal-Appostli

Ritratt: Esther Cachia

Riċetta ta’ Esther Cachia

Ingredjenti

3 kikkri dqiq plain
10g melħ
10g zokkor
mgħarfa żejt taż-żebbuġa
100ml ilma fietel
190ml ħalib
15g ħmira

Metodu

Ġo skutella ħawwad flimkien id-dqiq, il-melħ, iz-zokkor u l-ħmira. Ħallat il-ħalib, l-ilma fietel u ż-żejt.  Ħaddem l-għaġina sakemm tiġi elastika. Ħalliha toqgħod għal xi siegħa.

Ifforma f’ċirku u dellikha bil-bajd. Itfa’ wkoll ġunġlien u lewż.

Aħmi f’temperatura ta’ 160˚Ċ sakemm ikollha wiċċ dehbi, madwar 20 minuta.