Qadfa ta’ elf kilometru għall-kanċer

F’Lulju li ġej se ssir it-tieni edizzjoni tal-Malta Airport – ALIVE2014 Cycling Challenge for Cancer. F’din il-maratona 45 ċiklist Malti, se jaqdfu bit-rota f’ħamest ibliet Ewropej.
Il-qadfa ta’ 1,000 kilometru f’sebat ijiem, se tibda fi Praga u tkompli lejn Vjenna, Bratislava, Budapest sakemm tispiċċa fil-Belgrad.
Il-flus li jinġabru minn din l-isfida se jmorru għall-Fond tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta biex jintużaw għal riċerka fuq il-kanċer tas-sider. Dan sabiex jkun hemm żieda fir-rati ta’ pazjenti li jsalvaw minn dan il-kanċer.
Bħas-sena l-oħra, l-maratona se tkun sponsorjata mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Action for Breast Cancer Foundation u l-Europa Donna Malta li twaqfet biex toħloq kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u tgħin persuni milquta.
Infatti Europa Donna Malta, nhar il-Ħadd li ġej se tkun qed torganizza mixja biex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Il-pubbliku jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu permezz ta’ SMS fuq:
5061 7364 – €2.33
5061 8081 – €4.66
5061 8913 – €6.99
5061 9208 – €11.65