Qabża ta’ 7 gradi fi ftit sigħat

Hekk kif illum il-mewġa ta’ sħana li ħakmet il-gżejjer Maltin tidher li għaddiet, bosta huma dawk li rħewlha lejn ix-xtut sbieħ tagħna. It-temperatura fl-aħħar ġranet misset l-40 grad filwaqt li llum mistennija tinħass 33 grad Celsius, qabża ta’ seba’ gradi fi ftit sigħat.
Jekk għadek sejjer il-baħar ara ftit fejn jaqbillek tmur skont kif jaħkem il-kurrent u r-riħ li mistenni jilħaq forza 7 f’xi nħawi.