Qabel tinżel tgħum iċċekkja l-kundizzjoni tal-baħar – ERRC

Il-Lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps qalu li l-maltemp tal-bieraħ fil-Bajja tar-Ramla f’Għawdex ġie enfasizzata bil-bandiera ħamra doppja. Għalkemm, dan kien ifisser li l-bajja kienet magħluqa għall-pubbliku, xi għawwiema xorta niżlu jgħumu.

Il-Lifeguards jagħtu parir lill-pubbliku biex qabel jinżlu fil-baħar, jiċċekkjaw l-kondizzjoni tal-baħar billi jħarsu lejn l-bnadar fuq il-torrijiet tal-lifeguards.

Ilbieraħ il-Lifeguards għenu żewġ  għawwiema fil-Bajja tar-Ramla, f’Għawdex wara li sabu ruħhom f’diffikultà.

Iż-żewġ għawwiema kienu Ingliż ta’ ħamsin sena u Malti fit-tletinijiet, li dehru għajjiena u kienu mdaħħla lejn art mill-lifeguards. L-Ingliż kien għoddu għereq u kellu bżonn intervent urġenti biex jittella mill-baħar qawwi u sħiħ.