Qabel l-Italja: It-tim nazzjonali f’laqgħa mal-Prim Ministru

F’laqgħa li saret f’Kastilja, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat ltaqa’ mal-membri tat-tim nazzjonali Malti, mmexxija mill-kowċ Pietro Ghedin u l-captain Michael Mifsud.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll l-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, mmexxija mill-President Dr Norman Darmanin Demajo.

Il-laqgħa saret fl-okkażjoni tal-logħba importanti li se tintlagħab f’Ta’ Qali t-Tlieta filgħaxija, kontra l-ġganti tal-futbol Ewropew, l-Italja.