Qabda ta’ €45,000 mhux iddikjarati fl-ajruport

Read in English.

Id-Dwana sabet €45,000 flus kontanti mhux iddikjarati fi tliet każijiet separati.

Fl-ewwel każ, l-uffiċjali tad-Dwana mit-Tim ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus skoprew €31,200 mhux iddikjarati fiż-żona tat-tluq fl-ajruport. Kien hemm żewġ individwi li kienu se jaqbdu titjira lejn pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea li kellhom flus kontanti mhux iddikjarati fuqhom.

Wieħed mill-klieb tad-Dwana xamm ammont ta’ flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer lejn pajjiż li mhuwiex fl-Unjoni Ewropea. Fuqu kellu €13,880.

Fl-2019, id-Dwana kellha rekord ta’ 66 każ ta’ flus mhux iddikjarati, b’total ta’ €1,547,116.