Qabda ta’ biljun ewro f’kokaina fil-Ġermanja

An undated handout picture made available on August 2, 2019, shows Germany's largest ever seized cocaine shipment of four and a half tons. The drugs were found in a shipping container in Hamburg, Germany and packed in 211 sports bags on the way from Montevideo in Uruguay via Hamburg to Antwerp, Belgium. Hauptzollamt Hamburg/Handout via REUTERS

L-Awtoritajiet Ġermaniżi għamlu qabda ta’ 4.5 tunellata ta’ kokaina b’valur ta’ biljun ewro fil-port ta’ Hamburg. Din kienet l-ikbar qabda fl-istorja tal-Ġermanja.

L-Uffiċċju tad-Dwana f’Hamburg qal li ġie eżaminat kontejner suspettuż li kien ġej mill-belt kapitali tal-Uruguay, Montevideo u kien fi triqtu lejn il-belt ta’ Antwerp fil-Belġju.

L-Awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw li skont l-informazzjoni li kien hemm dwar il-kontejner dan kien suppost mgħobbi fażola tas-sojja, iżda wara tfittxija rriżulta li l-kontejner kien mgħobbi 221 basket iswed li jintuża għall-gym li fihom kien hemm 4,200 pakkett kokaina.

Id-dwana Ġermaniża sostniet li din hi l-ikbar qabda ta’ droga f’darba fil-Ġermanja. Żiedet tgħid li l-uffiċċju tal-prosekutur fil-Ġermanja għaddej bl-investigazzjonijiet dwar għand min kienet se tispiċċa d-droga.

Id-dwana temmet tgħid li l-kokaina maqbuda inqerdet taħt miżuri stretti u estensivi ta’ sigurtà.