Qabda ta’ aktar minn 80 għasfur protett fil-posta

Read in English.

84 ġilda ta’ diversi speċi ta’ għasafar li ppruvaw jiddaħħlu f’Malta b’mod illegali mill-posta nqabadu minn l-kelb tad-Dwana Stan.

Fi stqarrija, d-Dwana Maltija qalet li waqt mill-inspezzjonijiet li saru, l-kelb għamel reazzjoni differenti għal pakkett li meta nfetaħ instab li kien hemm 84 ġilda ta’għasafar marbuta bit-tape.

L-uffiċjali tal-ERA ġew infurmati waqt li l-konsejna ġiet ikkonfiskata.