Qabda ta’ 800 flixkun tal-kuntrabandu

Fil-jiem li għaddew uffiċċjali tad-Dwana għamlu qabda ta’ xorb alkoħoliku li kien intenzjonat li jiddaħħal f’Malta bil-kuntrabandu.
Il-qabda saret fuq vettura suspettuża li waslet Malta minn Sqallija.
Il-vettura li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni Maltija, kienet qiegħda ġġorr 157 kaxxa mimlija fliexken b’xorb alkoħoliku.
L-ammont totali ta’ fliexken kien dak ta’ 798 u li fuqhom hemm madwar €4,000 f’dazju tas-sisa. 
Ix-xorb u l-vettura ġew miżmuma mid-Dwana għal aktar investigazzjoni.